F’għeluq il-mija u sena mill-mewt ta’ Manwel Dimech ingħatat tislima għall-memorja tiegħu quddiem il-monument tiegħu fi Pjazza Kastilja, il-Belt.
Hawnhekk, id-Deputati Mexxejja tal-Partit Laburista Chris Fearne u Daniel Micallef flimkien ma’ qrabatu poġġew fjuri quddiem il-monument.
Id-Deputat Prim Ministru Chris Fearne qal kif nies bħal Manwel Dimech iġġieldu għad-demokrazija, xi ħaġa li llum saret in-normalità iżda li ma kienx il-każ fi żmien Dimech.
Preżenti kien hemm membri mill-Amministrazzjoni tal-Partit Laburista.