L-itwal renju fil-monarkija tal-Gran Brittanja, r-Reġina Eliżabetta II, vvjaġġat bil-ħelikopter lejn il-propjeta’ tagħha ta’ Norfolk, fejn għal jum għeluq snina se jingħaqdu magħha familjari u ħbieb.
Ir-Reġina mistennija toqgħod f’cottage, f’propjeta’ li toġgħob b’mod partikolari lill-mibki żewġha, l-Prinċep Filippu.
Għal jum għeluq sninha, ġie ppublikat ritratt li juri lir-Reġina Eliżabetta II ma’ żewġ ponijiet. Ritratt li jirrifletti l-interess tagħha fiż-żwiemel tul ħajjitha. Dan ir-ritratt, ittieħed fil-Kastell ta’ Windsor, il-post fejn ir-Reġina tgħaddi l-aktar ammont ta’ ħin.