Dalgħodu, il-President tal-Kunsill Ewropew Charles Michel wasal fil-kapitali Ukrena ta’ Kyiv.
Hawnhekk Charles Michel mistenni jiltaqa’ mal-President Ukren Volodymr Zelensky.
Fuq Twitter, il-President tal-Kunsill Ewropew qal kif huwa jinsab fil-qalb tad-demokrazija fl-Ewropa.
Din iż-żjara ssegwi dik li għamlet il-President tal-Kummissjoni Ewropea Ursula Von der Leyen, fejn hawnhekk beda l-proċess sabiex l-Ukrajna ssir stat membru tal-Unjoni Ewropea.
Għaxart ijiem wara din iż-żjara ta’ Von der Leyen, il-Gvern Ukren lesta dan il-kwestjonarju li ġie ppreżentat lill-Kummissjoni Ewropea u dan se jkun il-bażi tad-diskussjoni dwar l-applikazzjoni Ukrena sabiex issir parti mill-Unjoni Ewropea.