Il-kumpilazzjoni fil-konfront ta’ Elliot Paul Busuttil ta’ 38 sena se tibda tinstema’ nhar il-Ħamis li ġej quddiem il-Maġistrat Astrid May Grima.
Busuttil qed jiġi akkużat bil-qtil ta’ Mario Farrugia ta’ 62 sena minn Pembroke.
Il-katavru ta’ Farrugia nstab fi stat qawwi ta dekompozizzjoni nhar it-Tlieta 5 ta’ April, jiem wara li ġie rrappurtat nieqes.
Huwa kien instab f’bagoll ta’ karozza pparkjata fil-Wied ta’ Ħal Qormi.
ONE News kien żvela li hu qala’ madwar 45 daqqa ta’ sikkina b’dawk fatali jkunu fil-qalb u l-pulmun, b’uħud mid-daqqiet l-oħra kienu aktar f’forma ta’ grif.
Busuttil tressaq il-Qorti l-Ġimgħa li għadda fejn minbarra l-akkużi marbuta mal-qtil, huwa ġie mixli wkoll li ħeba l-katavru.
Ma’ Busuttil ġew arrestati tliet persuni oħra, raġel u żewġ nisa.
Dawn ingħataw il-police bail.