Santa Lucia FC u Floriana FC kienu l-aħħar żewg timijiet li għamluha għas-semi finali tal-IZIBET FA Trophy meta t-Tnejn filgħaxija għelbu lill-Gzira United FC u lill-Birkirkara FC rispettivament.
Fl-Stadium Nazzjonali f’Ta’ Qali Floriana FC għelbu lill-Birkirkara FC 3 – 1. Wara taqsima mingħajr gowls, Floriana fil-vantaġġ permezz ta’ Kemar Reid fl-54 minuta. Ma’ ftit aktar minn għaxar minuti logħob wara, Birkirkara ġabu d-draw permezz ta’ Yannick Yankam.
FL-84 minuta Floriana mill-ġdid fil-vantaġġ permezz ta’ Andrea Ciolacu bil-greens jissiġilaw ir-rebħa żewġ minuti biss wara grazzi għal Jan Busuttil. Skor finali 3 – 1.
Fit-Tony Bezzina Stadium Santa Lucia FC kitbu paġna ġdida fl-storja tal-klabb meta għelbu lil Gzira United FC u għal ewwel darba fl-storja għamluha għas-semi finali tat-tieni l-akbar unur fil-futbol Malti. Kellu jkun gowl fil-103 minuta skorjat minn Yoel Soares li għamel id-differenza fil-partita.
Intant is-Sibt Hibernians FC u Valletta FC għelbu lill-Hamrun Spartans FC u lill-Marsaxlokk FC biex huma wkoll kwalfikaw għas-semi finali.
Faċli għal Valletta FC meta għelbu lit-tim promoss fil-Premier Marsaxlokk 3 – 0 b’gowls skorjati minn Sala, Promise u Zammit.
Mhux lis-stess jista jingħaq għal Hibernians FC bil-partita kellha tmur għal ħin barrani. Hamrun fil-vantaġġ permezz ta’ Soares iżda Muniz ġab id-draw għat-tim Pawlist. Kien Jake Grech li fil-113 il-minuta ta’ r-rebħa u kwalifikazzjoni lit-tim minn Raħal Ġdid.