L-iskema ‘Irrinova Darek’ imnedija mill-Awtorità tal-Bini u l-Kostruzzjoni ittieħdet kollha. Din l-iskema li tnediet ftit tal-ġimgħat ilu għandha l-għan li tippromwovi r-rinovazzjoni ta’ binjiet residenzjali u proprjetajiet privati fil-Port il-Kbir sabiex ikunu aktar effiċjenti f’dak li għandu x’jaqsam ma’ enerġija.
Ma’ ONE News, il-Kap Eżekuttiv tal-Awtorità għal Bini u l-Kostruzzjoni Karl Azzopardi spjega li kien hemm mitt applikazzjoni, u nqabeż l-ammont ta’ sitt mitt elf ewro li kien hemm allokati għal din l-iskema. Qal kif fil-futur qrib mistennija tkun qed terġa’ tinħareġ din l-iskema u dawk l-applikanti li mhux se jilħqu jgawdu minn din l-iskema ser jingħataw l-ewwel preferenza fl-iskema li jmiss.
Azzoprdi tenna, “Prattikament in-numru ta’ applikazzjonijiet it superceeds il-budget li għandna, però se jkun hemm waiting list. Jidher ċar lin-nies ikkonkorew li hemm l-apetite għal dawn it-tip ta’ interventi partikolari biex trendiha l-enerġija aħjar f’dawn il-propjetajiet. Permezz ta’ din l-iskema se jkollna data aħjar biex ovvjament fl-aktar areas diffiċli se jkollna informazzjoni sabiex nies li joqogħdu f’dawn l-inħawi jmorru għall-aħjar.”
Il-pagamenti tal-iskema se jkunu maqsuma fi stadji differenti.
Dan sabiex l-applikanti jkollom ċertu likwidità.
Karl Azzopardi tenna, “Jiġi approvat jinħareġ il-kuntratt imbagħad għandhom sentejn sakemm iseħħu dawn ix-xogħlijiet. Il-pagamenti qed naqsmuhom fi tlieta; depożitu fuq il-kuntratt tax-xogħlijiet, għandek parti mis-somma se tingħata waqt spezzjonijiet waqt ix-xogħlijiet u refund sa massimu ta’ 90% fl-aħħar upon completion.”
L-inġinier Azzopardi qal li permezz tal-applikazzjonijiet li daħlu, se jkunu qed isiru diversi xogħlijiet differenti f’diversi djar fil-Kottonera u fl-inħawi tal-Port il-Kbir.
Hawn tenna, “Jidher ċar li x-xogħlijiet huma fuq xogħol passiv jiġifieri apparti mill-arja kundizzjonata dak li ngħidulu smart technology huma affarijiet ta’ insulation u double glazing u kkombinati ma’ smart technologies jagħtu riżultat aħjar. Jiġifieri jidher ċar li dawn il-propjetajiet għandhom bżonn ta’ dawn l-interventi.”
Intant, il-Ministru għall-Ippjannar u l-Kostruzzjoni Stefan Zrinzo Azzopardi wera s-sodisfazzjon tiegħu għas-suċċess ta’ din l-iskema li permezz tagħha, għadd sostanzjali ta’ familji mill-ibliet fin-naħa ta’ ġewwa tal-Port il-Kbir fosthom l-ibliet tal-Kottonera, se jgawdu minn għotjiet li jistgħu ilaħħqu sa €15,000.
Permezz ta’ din l-iskema se jkunu qed jiffrankaw il-flus fil-kontijiet tad-dawl u jtejbu l-kwalità tal-ħajja tagħhom.