F’Novembru li għadda niżlet għal 3,021 ir-rata ta’ nies jirreġistraw għax-xogħol meta fl-istess xahar tas-sena 2015 kienu 4,760 dawk jirreġistraw ma JOBS+ ifittxu impjieg.
B’hekk kompliet tkun reġistrata rata ta’ qgħad baxxa f’livelli rekord. Speċjalment meta wieħed iqis li sal-2013 kienet in-norma li r-rata ta’ dawk mingħajr impjieg tilgħab bejn is-7,000 u t-8,000 persuna.