Fit-Tony Beżżina Stadium Kordin s-sibt wara nofs-in nhar, it-team nazzjonali malti tar-Rugby Union kiseb rebħa tajba ta’ 27–10 fuq Ċipru f’logħba mill-Conference 1 South. Grazzi għal din ir-rebħa Malta temmet l-impenji tagħha fit-tieni post tal-grupp wara l-Kroazja. Logħba li prattikament ġiet deċiża fl-ewwel taqsima.
Kienu Ċipru li marru minn fuq b’penalty ta’ Alexander Zavallis. It-team malti ġab l-iskor indaqs ftiti wara minn Chris Dudman.
Team malti li mar 10-3 minn fuq bi try ta’ Jethro Zammit Randich filwaqt li Chris Dudman għamel il-conversion.
Il-mument pożittiv tal-maltin kompla u rnexxielhom jagħmlu try ieħor permezz ta’ Luke Matthews u conversion ta’ Chris Dudman.
Team malti li għalaq l-ewwel taqsima bil-kbir hekk kif kompla kabbar il-vantaġġ grazzi ghal try u conversion ta’ Thomas Holloway. L-ewwel taqsima li b ‘hekk għalqet 24-3 favur Malta.
Fit-tieni taqsima Ċipru naqqsu d-distakk għal 24-10, iżda ma rajna xejn aktar mill-avversarji. Anzi kienu l-malti li kabbru l-vantaġġ minn penalty ta’ Thomas Holloway għal skor finali ta’ 27-10 favur Malta.