Ir-Russja pprojbixxiet lill-Prim Ministru Boris Johnson u wħud mill-ministri Ingliżi milli jidħlu fir-Russja.
Ir-Russja ħadet din id-deċiżjoni minħabba l-pożizzjoni ostili tar-Renju Unit dwar il-gwerra fl-Ukrajna.
Ġew projbiti wkoll li jidħlu fir-Russja, is-Segretarju tal-Affarijiet Barranin Liz Truss, is-Segretarju tad-Difiża Ben Wallace u 10 ministri oħra.
Il-Ministeru tal-Affarijiet Barranin tar-Russja qal li d-deċiżjoni ttieħdet b’ritaljazzjoni għas-sanzjonijiet tar-Renju Unit kontriha minn meta invadiet l-Ukrajna u żied li dalwaqt se jespandu din il-lista.
Ir-Russja diġa kienet imponiet projbizzjoni simili kontra l-President Amerikan Joe Biden u sensiela ta’ uffiċjali oħra Amerikani milli jidħlu fil-pajjiż.