Dylan Mifsud ta’ sitta u għoxrin sena li jgħix il-Marsa inżamm arrestat wara li wieġeb mhux ħati għal akkużi ta’ pussess u traffikar ta’ droga.
Fil-Qorti nstema’ kif il-Pulizija kienet għaddejja b’ronda fil-Marsa, meta nnutat karozza żdingata b’raġel fiha.
Il-prosekuzzjoni spjegat li wara investigazzjoni u tfittxija, fuq ir-raġel allegatament instabu ħamsa u sittin qartas ta’ droga eroina u kokaina, li jammontaw għal erbatax-il gramma.
Intqal ukoll li huwa allegatament waqt li ġie interrogat, ammetta li kellu intenzjoni jbiegħ id-droga.
Id-difiża talbet għall-ħelsien mill-arrest, hekk kif spjegat li l-imputat huwa persuna li tbati mill-vizzju tad-droga.
Il-Qorti ċaħdet it-talba għall-ħelsien mill-arrest minħabba li f’għajnejn il-Qorti huwa m’huwiex persuna affidabbli