Bombi, tifrik u nies innoċenti midruba jew saħansitra maqtula u jitħallew f’nofs ta’ triq. Dik hija x-xena komuni fil-Lvant tal-Ukrajna li bħalissa tinsab f’taqbida tal-invażjoni Russa.
Xeni surreali li qed jgħaddu minnhom numru ta’ Ukreni li darhom, sakemm ma spiċċatx borġ ġebel, m’għadhiex tofrilhom il-paċi.
F’Ħamis ix-Xirka tkellimna ma’ Mariia Frankovska, Ukrena li ilha tgħix f’pajjiżna għal dawn l-aħħar sitt snin. Hija spjegat kif lanqas tista’ temmen dak li għaddej minnu pajjiżha.
Hija tenniet, “Nowadays you cannot believe that it is really happening, it was like a dream for me. I couldn’t believe, I couldn’t understand, but when you start to see in the news and speaking to your family and friends, you’ll really understand that it’s really happening.”
Nhar l-24 ta’ Frar, l-ewwel attakk Russu fuq l-Ukrajna, lanqas setgħet tagħlaq għajn m’għajn bi ħsibijiet li taqlulha moħħha bl-inkwiet dwar familtha, imma wkoll dwar ħbieb tagħha fl-Ukrajna.
Mariia li taħdem bħala senior carer ma’ Caremalta, qalet kif sabet appoġġ kbir mingħand il-kollegi tagħha.
Saħqet ukoll li xogħlha jnessiha ftit mid-dwejjaq li qed tħoss għal dak li għaddejja minnu l-Ukrajna.
Stqarret, “My colleagues, they offered me big support, they ask me all the time about my situation, my country about my people. It’s great.”
Ta’ kuljum hija tkellem lil familtha fl-Ukrajna, u b’għajnejha jduru fid-dmugħ qalet kif minkejja li ġieli l-komunikzzjoni tkun diffiċli, qed tagħmel minn kollox biex tibqa’ f’kuntatt magħhom kontinwament.
Mariia tenniet li quddiem dan kollu, hija tibqa’ b’saħħitha sabiex tkun tista’ tgħin lill-Ukreni li qed isibu refuġju f’pajjiżna.
Hawn qalet, “I am strong enough, I don’t need a lot of help, I just wish to help Ukrainian people, to our refuges, our children who are coming Malta. I volunteered and went to the airport to help the people who arrived in Malta.”
Fl-aħħarnett hija wriet l-apprezzament lejn il-poplu Malti u Għawdxi, l-Gvern u l-Knisja tal-qlubija li qed juru mal-poplu Ukren.
Dan filwaqt li temmet tappella favur il-paċi fl-Ukrajna u fid-dinja.