Filwaqt li numru ta’ avvenimenti internazzjonali riċenti kkonfermaw il-kompetittività dejjem tikber tal-atleti Maltin f’avvenimenti ta’ livell għoli, l-atleti lokali komplew jipproduċu riżultati pożittivi u rekords ġodda, inkluż waqt Challenge Meeting fi tmiem il-ġimgħa fit-trakka tal-Marsa.
Ċertament li dan il-Meeting se jibqa’ mfakkar għar-rekord nazzjonali impressjonanti fil-hammer throw b’Mireya Cassar ittejbu għal tliet darbiet f’sitt tentattivi. Ir-rekord issa jinsab fil-livell ta’52.50m, u b’hekk Cassar qed tqarreb b’mod kostanti lejn tragward importanti, dak ta’ 58metru, li jkun jkista’ jiftaħ il-bibien għal għadd ta’ avvenimenti internazzjonali importanti fosthom il-Logħob tal-Commonwealth, il-Logħob tal-Mediterran u l-Kampjonati Dinjija ta’ taħt l-20 sena.
Filwaqt li Cassar serqet ix-xena b’dan ir-riżultat, fost l-irġiel id-discus offra taqtigħa sportiva mill-aktar interessanti bejn Bradley Mifsud (Pembroke Athleta) u Luke Farrugia (Rush AC). Iż-żewġ atleti qabżu l-50 metru (51.08m and 50.65m rispettivament). Ta’ min jinnota wkoll riżultat ferm inkoraġġanti mill-atleta ta’ taħt it-18-il sena Kareem Chouhal b’tefa’ ta’ 47.42m u għal Bianca Shoemake (Rush AC) b’41.86m. L-atleta veterana Antonella Chouhal (Rush AC) tejjeb ir-rekords tad-discus u x-shotput fil-kategorija Over45 tan-nisa.
Beppe Grillo (Pembroke Athleta) rebaħ it-tellieqa tal-200m b’ħin b’saħħtu ta’ 22.41s. L-atleta U16 Thea Parnis Coleiro ta’ Rush AC irreġistrat ħin veloċi ieħor, meta rebħet il-200m b’26.15s, ftit ġimgħat biss wara li waqfet l-arloġġ fuq il-100m f’12.57s.
Fil-pole vault, Nicolai Bonello (La Salle AC), minkejja riħ skomdu għall-aħħar, wasal ħames ċentimetri biss qrib ir-rekord nazzjonali li waqqaf huwa stess dan l-aħħar. Dan kien riżultat konsistenti ieħor gal dan iż-żgħażugħ, li għall-ġimagħtejn Ii ġejjin se jkun qed jitħarreġ mal-kowċ rinomat Vitaly Petrov.
Fil-long jump, Claire Azzopardi (Pembroke Athleta) qabżet darbtejn fuq is-6m (6.02m u 6m), minkejja li l-fażi bikrija tal-istaġun.
Matthew Galea Soler (La Salle AC) – żagħżugħ promettenti li għad għandu biss 15-il sena u li bħalissa għaddej bl-eżamijiet, kompla jeċċella b’ħin ta’ 49.79s fl-400m, riżultat li jikkwalifikah bħala l-ewwel Malti għall-Kampjonati Ewropej ta’ taħt it-18-il sena f’Ġerusalemm, Israel.
Kay Testa (Pembroke Athleta) u Martha Spiteri (Zurrieq Wolves) kisbu riżultati eċċellenti fuq l-400metru hekk kmieni fl-istaġun, b’ħinijiet ta’ 58.68 u 59.28 rispettivament. Huma se jissieħbu ma’ Janet Richard f’ddak li mistenni jkun wieħed mill-aqwa timijiet tar-relay 4×400 li qatt kellu pajjiżna.
Fid-distanzi medji, Neil Brimmer (Zurrieq Wolves) kiser ir-rekord M35, b’ħin ta’ 2:01.49 fuq it-800m filwaqt li Jean Paul Debono (Zurrieq Wolves) rebaħ it-tellieqa tal-1500m f’ħin ta’ 3:58.32, personal best għall-atleta.
Michela Caruana wkoll kisbet personal best fit-800m tan-nisa, ħin ta’ 2:18.66 għal din l-atleta li tikkompeti fil-kategorija ta’ taħt it-18-il sena. B’din il-prestazzjoni Caruana tinsab qrib Ii eventwalment ittejjeb ir-rekord tal-kategorija ta’ Marilyn Schembri ta’ 2:15.27 li ilu stabbilit mill-2005.