Kolombjana ta’ 21 sena sofriet minn ġrieħi gravi wara li minn stħarriġ preliminari rriżulta li intlaqter minn karozza tat-tip Honda Civic, misjuqa minn raġel ta’ 51 sena residenti Pembroke.
Il-każ seħħ għall-ħabta ta’ 11:45am fi Triq Sant’ Andrija, San Ġiljan.
Il-vittma kienet assistita minn tim mediku li ssejjaħ fuq il-post u ttieħed l-Isptar Mater Dei permezz t’ambulanza fejn ġiet iċċertifikata li qed issofri minn ġrieħi gravi.
Il-Pulizija għadha għaddejja bl-investigazzjonijiet dwar il-każ.