Minn tal-inqas 25 persuna mietu kawża ta’ maltemp qawwi li laqat lill-Filippini.
Madwar 22 persuna mietu hekk kif ammont kbir ta’ tajn kesa erba’ villaġġi.
Il-mewt ta’ tliet persuni oħra ġie rrapportat mill-aġenzija ta’ salvataġġ tal-Gvern Filippin.
Bħalissa għaddejja t-tfittxija għas-sitt persuni li huma rrapportati nieqsa, madanakollu, hemm il-biża’ li n-numru ta’ persuni nieqsa jista’ jiżdied.
Fi tmiem il-ġimgħa li għadda mat-30,000 familja kellhom jevakwaw darhom biex isibu kenn mill-maltempata Megi.
Mistenni li l-maltempata tbatti matul il-jum.