Fi tmiem il-ġimgħa li għaddiet numru ta’ plejers Maltin kienu qed jikkompetu barra minn xtutna hekk kif ħadu sehem fil-Grand Prix tal-Ġermanja 2022.
Jurgen Balzan li kien l-unika plejer Malti li pparteċipa ġie semifinalist fil-kategorija Open. Balzan reġa kiseb l-istess suċċess li kellu l-ġimgħa l-oħra ġewwa Vienna. Fis-semifinali tilef bl-iskor ta’ 2-1, kontra l-plejer belġjan Steffen Despretz, li kien ukoll ir-rebbieħ ta’ din il-kategorija. Fil-ġurnata tal-Ħadd Jurgen Balzan kellu iktar suċċessi meta flimkien mat-tim tiegħu ST Stembert kienu r-rebbieħa ta’ dan it-turnament.
Erba’ plejers oħra Maltin kienu l-Italja jippartecipaw fl-ewwel ‘round’ tal-kampjonat Taljan tat-timijiet. Jamie Bonnici u Patrick Pace kienu qed jilgħabu mat tim tagħhom Lazio TFC, Jean Tabone mat-team Barcellona Mortellito u Massimo Cremona ma’ TS Napoli Fighters.
Dawn it-tliet timijiet huma parti minn erbatax-il tim tas-Serie A. Fil-klassifika finali TS Napoli Fighters jinsabu fir- raba’ post, Barcellona Mortellito u Lazio TFC jinsabu fis-sitt u d-disa post rispettivatament. It-tieni ‘round’ jintlgħab f’Ottubru.