Raġel ta’ 50 sena residenti Ħal Safi ġie ċċertifikat li weġġa’ gravi wara li kien qed jagħmel xi xogħol f’għalqa u weġġa.
Il-każ ġara t-Tnejn għall-ħabta tal-17:30 f’għalqa fil-limiti tal-Karwija, f’Ħal Safi.
Mill-ewwel stħarriġ irriżulta li sofra minn ġrieħi f’riġlejh.
Fuq il-post intalbet l-assistenza medika, tal-Pulizija u tal-Protezzjoni Ċivili.
Fil-fatt deher it-Tabib Michael Spiteri.
Ir-raġel imbagħad ittieħed lejn l-Isptar Mater Dei permezz t’ambulanza fejn aktar tard ġie ċċertifikat li kien qed isofri minn ġrieħi gravi.