Raġel ta’ tnejn u tletin sena mill-Mali ġie kkundannat tmintax-il xahar ħabs wara li ammetta li kkommetta diversi serqiet ta’ oġġetti u flus kontanti minn żewġ karozzi li kienu pparkjati f’Raħal Ġdid.
Fil-Qorti r-raġel ammetta li seraq mal-elfejn ewro f’valur ta’ flus.
Quddiem il-Maġistrat Charmaine Galea r-raġel ammetta wkoll li wettaq dawn ir-reati meta kien bil-libertà kundizzjonata fuq każijiet oħra u li kien reċediv.
Ir-raġel kien ġie arrestat mill-pulizija tar-Rapid Intervention Unit ftit mumenti biss wara li wettaq is-serqiet.