Mellieħa Libertas Spalding ġew ippreżentati bit-tazza bħala r-rebbieħa tal-kompetizzjoni BOV Knock Out. Huma rebħu din il-kompetizzjoni wara li l-finali ma saritx hekk kif il-finalisti l-oħra Hibernians ma setgħux jonoraw il-fixture minħabba nuqqas ta’ plejers disponibbli għall-finali. Il-preżentazzjoni saret il-Ħadd wara nofs-in nhar fil-Padiljun tal-Basketball f’Ta’ Qali.
Hibernians naqqsu li jonoraw din il-finali hekk kif kellhom bosta plejers sospiżi jew imweġġa’ u kien impossibli li jilgħabu l-istess finali li suppost kellha ssir il-Ħadd wara nofs-in nhar. Is-sopensjonijet ta’ Hibernians kienu marbuta mas-semifinali kontroversjali li kellhom mill-Kampjonat tal-Irġiel kontra Depiro ftiti tal-ġimgħat ilu.
Min-naħa tagħhom Mellieħa issa jħarsu lejn il-2finali tal-play off tal-Kampjonat tal-Irġiel kontra Starlites, bl-ewwel waħda issir is-Sibt 23 ta’ April.