Tilef ħajtu fl-Isptar Mater Dei, Eritrean ta’ 31 sena li ntlaqat minn karozza fil-Marsa.
Il-każ seħħ it-Tnejn fit-tlieta u kwart ta’ filgħodu nhar it-Tnejn li għadda fi Triq Diċembru Tlettax.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI
Fi stqarrija l-Pulizija kienet qalet li l-vittma ntlaqat minn karozza li kienet qed tinstaq minn raġel ta’ 32 sena li jgħix iż-Żejtun.
Dwar dan il-każ hemm inkjesta mmexxija mill-Maġistrat tal-Għassa Lara Lanfranco, waqt li l-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.