Niġerjan ta’ tnejn u tletin sena nżamm arrestat wara li wieġeb mhux ħati li kkaġuna ġrieħi gravi u ħebb għal żewġ persuni.
Fil-Qorti nstema’ kif l-Għassa tal-Pulizja tal-Ħamrun irċeviet talba għall-assistenza f’appartament.
Meta l-Pulizija waslu fuq il-post huma allegatament raw lill-imputat iżomm mara minn għonqha u jagħtiha daqqiet ta’ ponn f’wiċċha.
Id-Difiża talbet għall-ħelsien mill-arrest, liema talba ġiet oġġezzjonata mill-Prosekuzzjoni hekk kif għad iridu jixhdu persuni oħra.
Id-Difiża stqarret li l-imputat ilu jgħix f’Malta għal dawn l-aħħar ħdax-il sena u huwa affidabbli.