Ir-Reġina tal-Ingilterra għal ftit ma laqqtitx tir mingħand wieħed mill-gwardji tagħha wara li ħarġet għall-mixja tard filgħaxija, dan skond rapport li ħareġ f’ġurnal barrani.
Il-gwardjan minn tagħha rrakkonta mal-ġurnal barrani kif meta ra dell ta’ persuna filgħaxija, hu qal li beda jgħajjat biex il-persuna tidentifika min hi, każ li seħħ f’Buckingham Palace fit-tlieta ta’ filgħodu.
Iżda d-dell misterjuż kienet ir-Reġina, dan hekk kif kienet ħarġet barra għal mixja wara li ma setgħetx torqod.
Il-gwardjan irrakkonta kif lir-Reġina qalilha “Il-ħanina! Għal ftit ma sparajtlekx,” bir-Reġina tirrispondieh “Darb’oħra inċempel biex navża li nkun se noħroġ sabiex ma tisparalix.”