Mill-jum tal-Ħadd, pajjiżna resaq aktar viċin in-normalità, hekk kif jistgħu jsiru l-attivitajiet tal-massa bħal qabel ma bdiet il-pandemija.
Permezz ta’ din it-tneħħija mill-miżuri restrittivi tal-pandemija, tfisser li l-festi f’pajjiżna issa jistgħu jsiru b’mod normali.
Illum f’Ħadd il-Palm u l-ewwel jum tal-Ġimgħa Mqaddsa, f’Ħal Għaxaq, il-Għargħur u l-Qala Għawdex ser joħorġu l-purċissjonijiet bl-istatwi tal-Ġimgħa l-Kbira. Dan wara nuqqas ta’ sentejn minħabba l-pandemija.
Kemm nhar il-Ġimgħa, f’jum il-Ġimgħa l-Kbira u nhar il-Ħadd li ġej f’Jum l-Għid madwar pajjiżna se jsiru l-purċissjonijiet tradizzjonali.
Dawn il-festi qed isiru wara diskussjonijiet li saru fi Frar bejn il-Gvern, l-awtoritajiet tas-saħħa u anki l-Għaqda Każini tal-Banda.