Is-sezzjoni tal-ivvjaġġar tas-sit internazzjonali Euronews, semmiet lil Malta bħala waħda mill-aqwa destinazzjonijiet fl-Ewropa, b’temp sabiħ ġeneralment xemxi.
Dan is-sit popolari mat-turisti, isemmi kif Malta hija destinazzjoni għal dawk li jħobbu l-istorja u l-kultura, għaliex fil-gżejjer Maltin hawn disa’ siti tal-UNESCO.
Fl-artiklu jingħad kif matul ix-xhur tax-xitwa, Malta ftit ikollha xita u t-temperatura medja hija ta’ ħmistax-il grad celsius.
Il-Euronews qal ukoll kif f’Malta hemm diversi portijiet u villaġġi tas-sajjieda li wieħed jista’ jżur, u dawk li jħobbu l-avventura għandhom għażla ta’ rdumijiet u postijiet fin-natura fejn jistgħu jmorru.
L-artiklu jsemmi wkoll il-gżira Għadwxija, b’mod partikolari it-tempji tal-Ġġantija, li huma eqdem mill-Piramidi fl-Eġittu.