Ir-Renju Unit se jibgħat vetturi armati lejn l-Ukrajna għall-ewwel darba bħala parti minn pakkett ġdid ta’ mitt miljun sterlina ta’ tagħmir militari hekk kif il-President Zelensky talab l-għajnuna biex jiġu offruti aktar armi u tagħmir.
Dan ġie deċiż wara li minn tal-inqas 50 persuna inqatlu u għexieren oħra ndarbu wara li missili ġew sparati lejn stazzjon tal-ferrovija fil-belt ta’ Kramatorsk fil-Lvant tal-pajjiż.
Is-Segretarju tad-Difiża Ben Wallace tkellem mal-ġurnalisti u spjega kif il-militar Ukren se jingħata vetturi li jiżnu mat-23 tunnellata u jistgħu jgħinu f’operazzjonijiet kontra attakki mit-truppi Russi.