Żagħżugħ ta’ 15-il sena li jgħix in-Nadur weġġa’ wara li tilef il-kontroll tar-rota li kien qed isuq u waqa’.
Il-każ seħħ ilbieraħ għall-ħabta tas-sebgħa ta’ filgħaxija qalb l-għelieqi fil-limiti ta’ Għajnsielem.
Iż-żagħżugħ ittieħed minn xi qraba l-Isptar Ġenerali t’Għawdex, iżda minħabba l-ġrieħi li sofra, mal-lejl huwa ġie trasferit lejn l-Isptar Mater Dei b’ħelikopter.
Dwar dan il-każ ġiet infurmata l-Maġistrat tal-Għassa Bridgette Sultana li ħatret inkjesta, waqt li l-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.