Libjan ta’ 35 sena ngħata sentenza ta’ tmien xhur ħabs, sospiżi għal ħmistax-il xahar wara li ammetta li seraq minn ħanut tal-ħwejjeġ f’Ħal Qormi.
Huwa ġie arrestat l-Erbgħa filgħodu, f’Ħal Qormi, fejn apparti l-attentat ta’ serq, huwa insulenta u attakka gwardjan tas-sigurtà.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI
Fil-Qorti nstema’ kif huwa kien ħiereġ mill-ħanut tal-ħwejjeġ b’affarjiet li ma kienx ħallas għalihom, meta ġie mwaqqaf.
Meta l-Pulizija waslu fuq il-post, fuqu nstabu dokumenti li kienu rrappurtati misruqa minn vettura.