Membri mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili ssejħu biex isalvaw persuni li belagħhom il-baħar tad-Dwejra, f’Għawdex.
Inġibdu seba’ persuni b’kollox, ilkoll barranin. Dawn telgħu l-art waħedhom u wara ttieħdu l-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex.
Fortunatament ħadd ma’ weġġa b’mod gravi, iżda ġarrbu grif u tbenġil.
Fuq il-post kien hemm Membri mill-Protezzjoni Ċivili u kif ukoll il-Forzi Armati ta’ Malta.