Il-Gvern Malti nnota l-opinjoni motivata tal-Kummissjoni Ewropea dwar l-iskema taċ-ċittadinanza Maltija b’investiment.
Fi stqarrija, il-Ministeru għall-Intern saħaq li din il-kompetenza hi waħda ta’ natura nazzjonali ta’ kull stat membru u hekk għandha tibqa’.
Minkejja tali kompetenza l-Gvern se jibqa’ jagħmel ċert illi ċ-ċittadinanza tingħata lil dawk l-individwi li tassew ikun jistħoqqilhom, filwaqt li jkompli jżomm kuntatt mal-Kummissjoni Ewropea.
Il-Gvern qal li se jkun qed janalizza l-kontenut tal-opinjoni tal-Kummissjoni Ewropea u se jibgħat komunikat lura.