F’atmosfera sabiħa, fil-kumpless tal-istazzjonijiet ONE, it-Tlieta filgħaxija l-ħaddiema u l-kontributuri kollha ta’ ONE ingħataw riċeviment sabiħ mit-tmexxija ta’ ONE b’turija ta’ apprezzament għax-xogħol tagħhom waqt il-kampanja elettorali li għaddiet.
Ic-Chairman Eżekuttiv ta’ ONE Group, Jason Micallef irringrazzja lit-tmexxija u l-ħaddiema kollha għax-xoghol kbir li wettqu matul l-aħħar xahar u nofs b’xandiriet diretti bla waqfien minn madwar Malta u Għawdex kollu.
Jason Micallef saħaq li l-istazzjonijiet ONE jibqgħu l-aqwa fil-pajjiż biex jidħlu għal kull sfida u jilqgħu dawn l-isfidi kbar ta’ trażmissjonijiet taħt kull ċirkustanza. Jason Micallef kompla jgħid li ONE jibqa’ fuq quddiem nett biex iwassal il-messaġġ tal-Partit Laburista.