Is-sitt round tal-Kampjonat Nazzjonali tal-Autocross ittella’ il-Hadd 3 ta’ April fejn 18 il- karozza ġew reġistrati. Kien Karl Micallef li iddomina l-ġurnata fuq Opel Corsa hekk rebaħ ir-rounds kollha tal-ġurnata kif ukoll il-Finali ta’ Klassi A biex naqqas id-distakk fuq Terence Azzopardi fil-quċċata tal-Kampjonat Nazzjonali.
Dan kien segwiet minn Justin Buttigieg u Andrew Pisani t-tnejn fuq Opel Nova. Terence Azzopardi daħal fir-raba’ post fuq Opel Tigra segwiet minn Daniel Micallef u Joseph Spiteri t-tnejn fuq Opel Corsa.
Il-Finali Klassi B intrebħet minn Luca Camilleri segwiet minn Kyle Agius t-tnejn fuq Opel Nova. Dorianne Galea fuq Ford Fiesta dahlet fit-tielet post segwieta minn Philip Grima fuq Opel Corsa, Dylan Formosa fuq Fiat Uno u Isaac Agius fuq Opel Corsa.
Is-seba’ round tal-Kampjonat jittella’ il-Ħadd 15 ta’ Mejju.