L-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta laqa’ t-tħabbira ta’ rilaxx ieħor ta’ miżuri marbuta mal-Covid-19 imħabbra dalgħodu mid-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa Chris Fearne.
L-Ajruport laqa’ l-fatt tat-tneħħija tar-restrizzjonijiet marbuta mal-ivvjaġġar u li persuni miż-żona ħamra jistgħu jidħlu f’pajjiżna b’test negattiv jew ċertifikat ta’ rkupru mill-Covid-19 mingħajr il-ħtieġa ta’ kwarantina.
L-Ajruport innota li issa aktar persuni minn pajjiżi differenti jistgħu jżuru pajjiżna.
Intant l-Assoċjazzjoni Maltija għal-Lukandiera u s-Sidien tar-Ristoranti, l-MHRA wkoll laqgħet id-deċiżjoni tal-Gvern Malti fuq parir tal-Awtoritajiet tas-Saħħa.
L-MHRA appellat ukoll favur responsabilità mill-poplu biex nibqgħu ngħixu b’saħħitna.