“Għadek ma tafx kemm ċempluli u kitbuli nies” kien qalilna, b’reazzjoni għaċ-ċajta ta’ sħabu, li ġabu ritratt tiegħu fuq Facebook, taparsi l-eks tfajla tiegħu kitbet fuq sit ta’ riċiklaġġ u forums oħra.
Issa qalilna li kellmitu kumpanija tal-gaming u sar protagonist ta’ riklam. David huwa systems administrator, u dan ir-riklam għamlu wara li avviċinatu l-kumpanija tal-gaming fuq inizjattiva purament tagħha.
Ma kinitx l-eks tfajla tiegħu li kitbet dak il-kliem. Anzi, lanqas biss jaf min hi, għax huwa profil fittizju. Keinet ċajta ftit goffa li wasslet biex l-istorja nqrat kullimkien. Jgħidilna li saħansitra kitbulu mill-Kanada.
B’xorti tajba David jaf jieħu ċajta. Tant hu hekk li kompla jgħidilna, naturlament biċ-ċajt, li “din il-kumpanija offrietli kenn ġdid.”