Fi tmiem il-ġimgħa li għaddiet ġie organiżżat il-Gran Prix ta’ Vienna 2022. Il-kompetizzjonijiet individwali ġew organiżżati is-Sibt filwaqt li dawk tat-timijiet ġew organiżżati l-Ħadd. Il-Maltin kellhom riżultati pożittivi ferm, infatti Bormla Subbuteo club kienu r-rebbieħa għall-ewwel darba ta’ Gran Prix turnament. Bormla SC kien l-uniku tim Malti li kien qed jipparteċipa, apparti li kien hemm plejers oħra li ħadu sehem fil-kompetizzjonijiet individwali u ma tims barranin taghhom.
Charlie Aquilina ta’ Bormla SC kien ir-rebbieħ tal-kategorija tal- Veterani. Aquilina rebaħ il-finali kontra l-plejer taljan Francesco Torrano bl-iskor ta’ 2-0.
Fil-kategorija Open Jurgen Balzan ta’ ST Stembert wasal sas-semifinali. Jurgen Balzan tilef is-semifinali kontra ir-rebbieħ ta’ din l-istess kategorija Raphael Pommier fil-ħin barrani 1-0. Fil-ġurnata tal-Ħadd, Jurgen Balzan wasal ukoll sas-semifinali mat-tim Belġjan tiegħu ST Stembert.
It-Tim ta’ Bormla SC kien iffurmat minn,Charlie Aquilina, Jason Pisani, Pierre de Leeuw, George Ebejer, Tristan Fenech, Bessim Golger, Katarina Busch Waldorf u David Busch. Fis-semifinali, Bormla SC lgħabu ma’ Phoenix Austria u rebħu 3-0. Il- finali ntlagħabet mat-tim Austrian Team Royal 78 Kaisermuhlen u rebħu 2-1.