Kien jum impenjattiv ieħor għall-Papa Franġisku hekk kif bakkar kmieni fit-tieni jum taż-żjara tiegħu f’Malta.
Mill-Grotta ta’ San Pawl fir-Rabat, għall-Bażilika ta’ San Pawl fir-Rabat, il-Papa ltaqa’ ma’ numru ta’ priġunieri fejn ġie milqugħ minn bosta persuni kemm fil-lokalità kif ukoll mat-toroq li hu għadda minnhom.
Minn hemm għadda minn quddiem il-Knisja ta’ San Gejtanu fil-Ħamrun fejn fi żjara sorpriża waqaf fil-Kappella ta’ Sidtna Marija tal-Midalja Mirakoluża fil-Blata l-Bajda fejn hemm midfun l-ewwel qaddis kanonizzat Malti San Ġorġ Preca.
Il-jum kompla b’ċelebrazzjoni mill-isbaħ fuq il-Fosos tal-Floriana fost aktar mumenti mill-isbaħ tul il-jum, fosthom iltaqa’ mal-immigranti f’Ħal Far. Dan sakemm għall-ħabta tas-6:30 ta’ filgħaxija, iż-żjara tal-Papa f’Malta ġiet fi tmiemha, żjara li bosta se jimmarkawha fil-memorji tagħhom bħala waħda mill-isbaħ.