Umli u jaf iħobb.
Hekk iddeskrivew lill-Papa Franġisku bosta Maltin u Għawdxin li l-Ħadd filgħodu nġabru fuq il-Fosos tal-Floriana għaċ-Ċelebrazzjoni Ewkarisitika bis-sehem ta’ eluf ta’ nies.
Bħal ma ġara fi żjarat oħra, din iż-żjara minn Papa Franġisku mistennija tħalli l-frott fost il-poplu ta’ Alla f’pajjiżna.
Il-messaġġ ta’ għaqda u paċi żgur li se jibqa’ mmarrkat f’moħħ u qalb in-nies, hekk kif f’dawn il-jumejn is-Suċċessur ta’ Pietru għal aktar minn darba għamel aċċenn fuq dawn it-temi importanti.
Crew ta’ ONE News ħa r-reazzjoni ta’ xi nies li dalgħodu kienu fuq ix-xwiek jistennew il-quddiesa tal-Papa.