F’għeluq it-tielet jum tan-nominazzjonijiet għall-elezzjonijiet każwali tal-elezzjoni ġenerali daħlu erba’ nominazzjonijiet.
In-nominazzjonijiet daħlu waħda fuq tieni distrett, mill-kandidat Laburista Edward Cassar Delia, biex jimtela’ l-post li ċeda l-Ministru Clyde Caruana.
Nominazzjoni oħra kienet fuq it-tielet distrett mill-istess Edward Cassar Delia, biex jimtela’ s-siġġu li ċeda l-Ministru Owen Bonnici.
Daħlet ukoll nomina waħda minn Rebecca Buttgieg mid-disa’ distrett elettorali biex jimtela’ l-post battal mil-Ministru Clifton Grima u l-Ministru Michael Falzon.