Qabel ir-reċita tal-Anġelus, tkellem l-Arċisqof ta’ Malta Monsinjur Charles Scicluna fejn wassal il-messaġġ li permezz taż-żjara fostna tal-Papa Franġisku nibqgħu ngħinu lil xulxin.
Hawnhekk il-Monsinjur Scicluna semma l-ġrajja taż-żjara ta’ San Pawl Appostlu fis-60 sena W.K., li permezz tagħha pajjiżna ġab il-fidi nisranija.
Il-Papa Franġisku qal li jispera li l-kelma tal-Papa tkun sors ta’ kuraġġ fil-ħajja tagħna.
Huwa rringrazzja lill-Papa Franġisku talli sab iċ-ċans u żar lil pajjiżna.
Huwa temm id-diskors tiegħu bil-kliem tal-qaddis Malti San Ġorġ Preca.