F’għeluq it-tieni jum tan-nominazzjonijiet għall-elezzjonijiet każwali daħlu ħames nominazzjonijiet.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI
In-nominazzjonijiet daħlu waħda fuq tieni distrett, mill-kandidat Laburista James Grech, biex jimtela’ l-post li ċeda l-Ministru Clyde Caruana.
Tnejn oħra fuq it-tielet distrett minn Alicia Bugeja Said u James Grech, biex jimtela’ s-siġġu li ċeda l-Ministru Owen Bonnici.
Daħlet ukoll nomina waħda minn Herbert Conti mir-raba’ distrett elettorali biex jimtela’ l-post battal tad-Deputat Prim Ministru Chris Fearne.
Nomina oħra daħlet biex jimtela’ l-post battal tal-Ministru Silvio Schembri fis-seba’ distrett elettorali minn Alicia Bugeja Said.