L-Għawdxin diġà bdew jimlew it-toroq ewlenin f’Għawdex sabiex jagħtu merħba mill-isbaħ lill-Qdusija tiegħu l-Papa Franġisku.
F’Ta’ Pinu wkoll kollox lest sabiex hawnhekk il-Papa jidħol u jitlob quddiem l-inkwadru tal-Madonna ta’ Pinu.
Wara huwa mistenni jagħmel omelija fuq it-tribuna li hawn apposta fil-pjazza tas-Santwarju.
Wara għexieren ta’ snin, Għawdex qed jerġa’ jilqa’ s-suċċessur ta’ Pietru, hekk kif kien San Ġwanni Pawlu t-Tieni li żar l-aħħar din il-gżira.