Il-President Ukren Volodymyr Zelensky qal li t-truppi tiegħu qed iħejju rwieħhom għall-attakki Russi fil-Lvant tal-Ukrajna.
Huwa qal ukoll kif ma jemminx il-pożizzjoni Russa li se jonqos il-ġlied fl-ibliet ewlenin tal-pajjiż u sejħilha strateġija għal aktar bumbardamenti mit-truppi Russi.
Intant, ritratti fuq il-midja soċjali juru l-qerda ta’ bini li fih jiġi maħżun iż-żejt fir-reġjun tal-Lvant tal-Ukrajna ġewwa Luhansk.
Dawn ir-ritratti ġew ippubblikati mill-Kap tal-Amministrazzjoni tal-istat reġjonali ta’ Luhansk fejn pumpiera jidhru li qed jippruvaw jitfu n-nirien.