It-tim Nazzjonali Malti ta’ taħt il 21 sena kien impenjajt f’partita oħra minn Grupp C ta’ kwalifikazzjoni għall-Kampjonati Ewropej ta’ l-istess kategorija, fejn f’pajjiżna Malta ġiet megħluba 3 – 1 mil-Litwanja.
Wara taqsima mingħajr gowls l-Litwanja marru fil-vantaġġ fl-64 minuta minn auto goal ta’ Christian Gauci. Malta għamlet l-iskor indaqs tnax il-minuta mit-tmiem permezz ta’ Joseph Zammit.
Il-Litawni reġaw marru fil-vantaġġ żewg minuti biss wara permezz ta’ Deividas Dovydaitis biex fl-aħħar mumenti tal-partita skorjaw it-tielet gowl permezz ta’ Faustas Steponavicius.
Malta issa tinsab fit-tielet post ta’ Grupp C b’ 6 punti, daqs l-Litwanja u l-Irlanda ta’ Fuq.