Manuel Delia, il-blogger u esponent ewlieni tal-establishment tal-Partit Nazzjonalista beda jilqa’ għall-pressjonijiet li qed jaffaċċja Bernard Grech.
Dan wara riżultat ieħor ikrah għall-Partit Nazzjonalista fl-elezzjoni ġenerali.
It-Tlieta filgħodu Manuel Delia beda bil-kampanja tiegħu biex Bernard Grech iżomm postu.
Dan wara li Grech innifsu qal li mhux se jirriżenja. F’artiklu tiegħu bl-isem ‘Time to regroup’ Manuel Delia kiteb li Bernard Grech rebaħ il-punti mal-Kunsilliera Nazzjonalisti għall-isforzi tiegħu. Dan minkejja li tilef bl-akbar telfa elettorali fl-istorja ta’ pajjiżna.
Delia fl-artiklu tiegħu intefa’ b’ruħu u ġismu wara Bernard Grech hekk kif kiteb hekk.
“The PN will emerge with a fighting chance on the other side of the present anguish if it were to surprise (or disappoint) expectations and stick together.”
Referenza ċara għall-establishment tal-Partit Nazzjonalista biex jibqa’ magħqud.
Manuel Delia uża l-id tat-tajjar ma’ Adrian Delia wara li kkonferma li mhux se jkun qed jikkontesta l-kariga ta’ Kap tal-Partit Nazzjonalista.
B’differenza għal drabi oħra Manuel Delia faħħar lil Adrian Delia għal mod ta’ kif ġab ruħu f’din il-kampanja elettorali.
Kien hawn li Manuel Delia tenna li Bernard Grech għamel mossa riskjuża li ħalliet il-frott billi żamm lil Adrian Delia miegħu. Indikazzjoni oħra ta’ kemm l-establishment qed jitfa’ r-riħ fil-poppa tal-Kap attwali biex iżomm postu.
Hawn Manuel Delia sab il-ħin sabiex jattakka lill-ewlieni tal-fazzjoni Adrian Delia, il-Viċi Kap Nazzjonalista Robert Arrigo, li bagħat messaġġ lil Roberta Metsola biex f’dan il-mument diffiċli tgħin lill-Partit Nazzjonalista.
Fuq Robert Arrigo, Manuel Delia tenna li dak il-messaġġ kien qisu ittra tat-tfal lil Santa Klaws.
Intant f’artikli separati, Manuel Delia kompla bis-soltu atteġġjament tal-Partit Nazzjonalista., li jiżżuffjetta b’paritarji Laburisti fiċ-ċelebrazzjonijiet tagħhom wara li tħabbret ir-rebħa storika tal-Partit Laburista.
Bħal Andrew Borg Cardona qablu, fejn qal li l-elettorat Malti kien u se jibqa’ ġaħan, Manuel Delia kompla bl-għajta elitista sinonima mal-Partit Nazzjonalista.
“Jekk jien m’hiniex magħmul aħjar minn dawk l-idjoti stupidi lanqas nafda lili nniffsi biex inrabbi t-tfal.”
F’artiklu separat Manuel Delia rrimarka li bħal donnu l-Partit Laburista bagħbas sabiex rebaħ l-elezzjoni ġenerali.
“He played most foully for it” – qal Manuel Delia dwar ir-rebħa tal-Partit Laburista.