L-Assoċjazzjoni Għawdxija għat-Turiżmu, il-GTA ferħet lill-Prim Ministru Robert Abela għall-ewwel mandat elettorali li ngħata fl-elezzjoni ġenerali sabiex imexxi pajjiżna għall-ħames snin li ġejjin.
Il-GTA awgurat lill-Prim Ministru u l-Gvern Laburista għal ħames snin li ġejjin sabiex tkompli taħdem għal ġid tal-industrija tat-turiżmu sostennibli.
F’din l-istqarrija, l-Assoċjazzjoni Għawdxija għat-Turiżmu awgurat li l-Gvern il-ġdid ikompli jgħin lil dawk li jaħdmu fis-settur turistiku Għawdxi hekk kif issa ħerġin mill-pandemija.