Ramon Attard ta’ 25 sena nżamm taħt arrest wara li wieġeb mhux ħati li wettaq żewġ serqiet, ikkawża ġrieħi gravi lill-anzjana u li huwa riċediv.
Fil-Qorti nstema’ kif l-ewwel serqa saret nhar is-Sibt li għadda fil-Furjana. It-tieni serqa seħħet it-Tnejn, fejn huwa allegatament seraq mobile u flus minn raġel fl-inħawi ta’ Blata l-Bajda.
Intqal ukoll kif it-Tnejn aggredixxa anzjana billi waddab flixkun tal-ħġieġ imkisser lejha. Il-Prosekuzzjoni spjegat kif Attard allegatament ġie arrestat wara li nqabad minn cameras tas-sigurtà.
Id-Difiża ma talbitx għall-ħelsien mill-arrest.