Rock kien għadu kif qal ċajta fuq ix-xagħar imqaxxar ta’ Jada Pinkett Smith, il-mara ta’ Smith.
Is-serata tal-Oscars ta’ din is-sena, li kienet l-94-il edizzjoni, kienet, bħas-soltu, waħda mill-aktar mistennija anka minħabba li s-serata tas-sena l-oħra ma kienet memorabbli xejn u meqjusa bħala waħda mill-aktar ‘tedjanti’ fl-istorja tal-Oscars. Mhux l-istess jista’ jingħad għal ta’ din is-sena.
Din ma kienitx l-ewwel darba li Jada Pinkett Smith kienet fil-mira tal-kummidjant Rock. Imma ilbieraħ, waqt is-serata tal-Oscars, Rock għamel ċajta li il-film GI Jane kien qed jistenna bil-ħerqa il-parteċipazzjoni ta’ Pinkett Smith, referenza ovvja għax-xagħar imqaxxar tal-attriċi (Smith m’hix fil-film GI Jane). L-attriċi għandha xagħarha imqaxxar għax għandha il-kundizzjoni rari tal-Alopecia, kundizzjoni li twaqqa’ x-xagħar. Meta r-raġel tagħha, Will, irrejaliżża li il-mara tiegħu ma ħaditx iċ-ċajta tajjeb, tela’ bil-kalma fuq il-palk u mingħajr mistenni fajjar daqqa ta’ ħarta qawwija lil Chris Rock li deher maħsud għall-aħħar. Smith reġa’ mar bilqiegħda u instema’ jgħid lil Rock (darbtejn) biex lil mara tiegħu iħalliha bi kwietha “keep ma wife’s name out of your f*g mouth” B’miraklu, Rock irnexxielu ikompli bil-preżentazzjoni tiegħu għall-aqwa Dokumentarju lil mużiċist Questlove. Fi twist oħra, denja ta’ Hollywood script, Will Smith ftit wara, kellu jerġa’ jitla’ fuq l-istess palk biex jaċċetta l-Oscar tiegħu għall-Aqwa Attur għal parti li ħadem ta’ Richard Williams (missier it-tennisti – l-aħwa Williams) fil-film King Richard.
Il-lista kompluta tar-rebbieħa tal-Oscars ta’ din is-sena hija din:
CODA – Best Picture
Will Smith – Best Actor
Jessica Chastain – Best Actress
No Time To Die – Best Original Song
Encanto – Best Animated Feature
Jane Campion – Best Director
Ariana DeBose – Best Supporting Actress
Drive My Car – International Feature Film
Troy Kotsur – Best Supporting Actor
Summer of Soul – Best Documentary Feature
The Long Goodbye – Live Action Short Film
Belfast – Best Original Screenplay
CODA – Best Adapted Screenplay
The Eyes of Tammy Faye – Best Makeup and Hairstyling
Dune – Best Visual Effects
Dune – Best Original Score
The Windshield Wiper – Best Animated Short Film
The Queen of Basketball – Best Short Documentary
Dune – Best Cinematography
Cruella – Best Costume Design
Dune – Best Film Editing
Dune – Best Production Design
Dune – Best Sound