Il-President Ukren Volodymyr Zelensky qal kif il-qawwiet Ukreni qed joffru reżistenza qawwija u anki qed tegħleb il-forzi Russi.
Saħaq li mill-invażjoni Russa, li bdiet ftit iktar minn xahar, inqatlu madwar sittax-il elf suldat Russu.
Min-naħa l-oħra l-armata Russa sostniet li l-ewwel fażi tal-operazzjoni militari fl-Ukrajna għaddiet u issa se tiffoka fuq ir-reġjun ta’ Donbas, fil-Lvant tal-Ukrajna.
Sadanittant il-President Amerikan Joe Biden jinsab fil-Polonja, il-pajjiż ġar tal-Ukrajna li fl-aħħar ġimgħat ra influss qawwi ta’ refuġjati Ukreni li ħarbu mill-gwerra.