Ir-ribelli tal-Jemen magħrufa bħala Houti refgħu r-responsabbiltà ta’ nar li żviluppa f’faċilità taż-żejt, ftit ‘il bogħod mit-trakka ta’ Jeddah fis-Sawdi Arabja.
Il-midja internazzjonali qed tirrapporta li aktarx dan kien attakk terroristiku.
Bħalissa għaddejjin sessjonijiet tal-Formula 1 fit-trakka msemmija. In-nar li żviluppa wassal biex tlaqqgħu l-uffiċjali tat-timijiet tal-Formula 1 fejn ġew mgħarrfa bis-sitwazzjoni.
Is-sessjoni ta’ prattika li kellha tibda fis-sitta ta’ filgħaxija tmexxiet bi kwarta u bdiet għall-ħabta tas-sitta u kwart.
Il-kampjonat tal-Formula 1 qal li qiegħed josserva l-iżviluppi mill-qrib għalkemm sa issa l-attivitajiet b’rabta mal-kampjonat mistennija jsiru kif skedat.