Justin Zahra u Wayne Pisani li għandhom ħamsa u tletin sena kellhom is-sentenza ta’ priġunerija tagħhom ikkonfermata fl-appell wara li s-sena l-oħra ammettew akkużi b’rabta ma’ traffikar u pussess aggravat.
Zahra kien kkundannat tliet snin u nofs ħabs filwaqt li Pisani ngħata sentenza ta’ tliet snin ħabs.
Din l-ammissjoni waslet tnax –il sena li seħħ rejd fuq appartament f’Tas-Sliema li wassal għall-arrest tal-irġiel.
F’dan ir-rejd instabu tnax –il pakkett ta’ kokaina, mitt pillola tal-ecstasy, kilogramma reżina tal-kannabis.
L-Avukat Ġenerali appella s-sentenza tal-ewwel Qorti fejn argumenta li l-Qorti applikat artiklu tal-liġi ħażin u li traffikar tad-droga iġorr miegħu piena ta’ għomor ħabs.
Il-Qorti ta’ Appell fil-kunsiderazzjonijiet tagħha qalet li fid-dawl taċ-ċirkostanzi tal-każ, il-piena li ngħatat kienet fil-parametri legali u rnexxielha toħloq bilanċ fir-rigward ta’ piena.
Għaldaqstant, il-Qorti tal-Appell parzjalment laqgħet l-appell tal-Avukat Ġenerali billi kkoreġiet il-liġi li taħtha l-imputatu nstabu ħatja iżda ddikjarat li l-piena m’għandhiex tinbidel.