Fir-Rally Team Malta tkellmet il-President tal-Partit Laburista Ramona Attard.
Dr Attard għamlet aċċenn dwar il-viżjoni ċara li għandu l-Partit Laburista sabiex jibqa’ jinvesti fit-tfal, il-futur ta’ dan il-pajjiż.
Hija tkellmet dwar esperjenza mill-kampanja elettorali fejn iltaqgħet ma’ tifla ta’ tnax-il sena li għandha xewqa li ssir attriċi u anke tidħol fil-parlament.
U f’dikjarazzjoni ċara, Ramona Attard qalet li l-Manifest Elettorali tal-Partit Laburista jiżgura li tfal bħalha se jkollhom bosta opportunitajiet sabiex ikunu jistgħu jwettqu l-ħolm tagħhom f’Malta stess.
Qalet, “U jien lil dik it-tifla ngħidilha li bil-manifest Malta Flimkien int ser tkun tista’ jkollok l-impjieg li tixtieq u tgħix fil-pajjiż li tixtieq. U l-messaġġ tiegħi lit-tfajliet kollha, lin-nisa kollha qed naħdmu biex in-nisa jkunu aktar fl-aktar pożizzjonijiet importanti kemm fil-Gvern u anke fil-privat.”
Ramona Attard wasslet ukoll il-messaġġ ta’ tim maqgħud, dak ta’ Tim Malta.
Hawnhekk hija wkoll appellat sabiex nhar is-Sibt li ġej kulħadd joħroġ jivvota għall-Partit Laburista. Il-partit tan-nies u li jemmen fin-nies.