Tħabbret il-mewt ta’ Madeleine Albright fl-età ta’ 84 sena.
Hija serviet bħala Segretarju tal-Istat tal-Istati Uniti mill-1997 fi Gvern immexxi mill-eks-President Amerikan Bill Clinton, fejn kienet l-ewwel mara li okkupat din il-kariga.
Serviet ukoll taħt l-amministrazzjoni ta’ Jimmy Carter, u aktar tard kienet ukoll konsulent għal politika internazzjonali ta’ bosta kandidati għal postijiet ta’ President u Viċi-President tal-Istati Uniti.
Albright kienet meqjusa bħala vuċi importanti għad-demokrazija wara x-xogħol tagħha biex jieqaf it-tindif tal-etniku fil-Kosovo.
Kelliem għad-Dipariment tal-Istat qal kif hi mietet kawża ta’ kanċer li kellha.